Filmat: Dik l-imbierka ta’ qarċilla!

Xi tkun din l-imbierka (jew “l-imgħarrqa” ta’ qarċilla)?

Nistgħu forsi nsejħulha “farsa tat-triq” għal żmien il-Karnival; jre reċta li tirrappreżenta kuntratt taż-żwieġ li fih kulħadd jiddikjara dak kollu li jiġi ġo moħħu: x’rigali jkunu se jirċievu l-għarajjes mingħand il-ġenituri, mingħand ix-xhieda, il-ħbieb … kif ukoll mingħand ċerti persuni prominenti u korpi kostitwiti … kollox taħt forma ta’ versi rrimati. U n-nutur irid jieħu ħsieb jiddokumenta kollox biex il-biċċa tkun torbot legalment.

Ovvajment, waqt dan kollu tkun qed titwassal satira dwar il-qagħda politika u soċjali tal-pajjiż.

Jgħidilna aktar Joseph Galea li llum huwa l-mistieden ta’ Frederick Zammit għal Nitfa Kultura.