Filmat: DiggerThings b’kollaborazzjoni ma’ Blaze Bailey ta’ Iron Maiden

Il-grupp lokali DiggerThings għadu kif nieda il- kanzunetta Three Days of Judgement flimkien ma l-istilla internazzjonali Blaze Bayley.

Kien madwar sentjen ilu li David Cassar Torreggiani (SCAR) u David Depasquale (Club Murder) ħarġu bl-idea li joħolqu proġett ta’ kollaborazzjoni mużikali fejn kull kanzunetta li jniedu jkollhom kantant differenti li jkun ġej mix-xena tar-rock u metal ġewwa pajjizna.

S’issa ikkolaboraw ma’ Mark Parlato Trigona (Nightwing), Noogie (Noggie’s Crew) u Kersten Graham.

Iżda għal Three Days Of Judgement il-kantant saret il-kollaborazzjoni huwa wieħed mill-legendi fix-xena tar-rock madwar id-dinja, Blaze Bayley, li kien il-kantant ewlieni fi gruppi bħal Wolfsbane bejn l-1984 u l-1994 u ma’ Iron Maiden bejn l-1994 u l-1999.

F’dawn l-aħħar snin Blaze nieda l-karriera tiegħu bħala solista u kiseb diversi suċċessi u għamel kunċerti madwar id-dinja fosthom kunċert fl-2017 fl-Orpheum fil-Gżira.

Kmieni din is-sena ħareġ ukoll album live doppju b’DVD bl-isem ‘Live In Czech’.

Il-muzika ta’ Three Days Of Judgemen’ inkitbet minn David Cassar Torreggiani b’lirika ta’ Nigel ‘In-Noogie’ Buttigieg.

Il-produzzjoni u r-rekordingsar minn David Depasquale fi Spinespliter Studio.