Filmat: Diffiċli li ninkludi lil min m’għandix grazzja miegħu

Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistiedna ta’ George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attriċi u preżentatriċi Louise Doneo.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Mark: Mk 1, 40-45

Resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. 

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.