Filmat: Different Minds b’kanzunetta ta’ Ray Mercieca

Il-band Maltija Different Minds din il-ġimgħa ħargu l-kanzunetta ġdida tagħhom Across the Borderline, bi kliem u mużika ta’ Ray Mercieca u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar ġo Somino Studios.

Different Minds hija rock pop band Maltija li reġgħat giet iffurmata wara 20 sena mill-membri oriġinali Robert G, il-kantant; Jason Mizzi, il-kitarrist awkustiku; u l-pjanist/keyboardist Elton Abela. Magħhom ingħaqdu wkoll Godwin Debono fuq il-bass guitar, Gabriel Azzopardi bħala kitarrist u George Agius fuq id-drums.

Il-gigs tagħhom huma magħrufa għal mużika rock popolari ta’ kull ġeneru kif ukoll għall-diski maħruġa minn Robert G matul is-snin li għaddew. Iktar kmieni din is-sena l-kanzunetta tagħhom A Reason to Live telgħat mal-aqwa 10 fil-Malta Airplay Chart.

Il-grupp huwa wkoll aċċessibbli permezz tal-paġna tagħhom fuq facebook permezz ta’ dan il-link.