Filmat: Diane u Liz jistgħu jkunu ħbieb f’L-Għarusa?

Illejla fuq TVM fid-8.50pm tkompli s-sensiela L-Għarusa b’kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media, b’direzzjoni ta’ Justin Farrugia u Steven Dalli.

Fenech Lauri jkollu żjara mingħand Abela sabiex jitolbu xi karti tar-rapport li għandu jgħaddilu imma Fenech Lauri ma ħadhiex tajjeb.

Diane terġa ssib postha lura fil-mużew imma l-affarijiet kif ser jibqghu ma Liz? Jistgħu qatt ikunu ħbieb?

Emilda ma tiflaħx aktar l-attitudni ta’ bintha Amelia u tiddeċiedi li tibda timxi mod ieħor minn issa l’quddiem.