Filmat: “Dħalt għall-auditions konfuż” – Karl

Karl Schembri mpressjona mhux ħażin meta għamel l-audition u deher forsi xi ftit jew wisq determinat li kein se jimpressjona meta lill-erba’ membri tal-ġurija qalilhom li kien se jtihom xi ħaġa differenti.

“Malli dħalt kont konfuż. Ma kontx naf jekk hux se jieħdu grazzja mal-vuċi tiegħi,” stqarr iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li bla dubju huma memorabbli l-espressjonijiet tal-erba’ membri tal-ġurija meta semgħuh ikanta.

Dwar is-Six Chair Challenge huwa qal li kien ipprattika ħafna minħabba li kellu jżomm nota għolja ħafna. Kienet teknika li ħadem ħafna għaliha, iżda minkejja li kien preparat, ma jsiatx jinsa’ l-mument li waqt iċ-Chair Challenge kulħadd qam iċapċap għall-prestazzjoni li kein għadu kif għamel.

Ovvjament kien hem mil-fażi tal-Judges Houses fejn għal darb’oħra ħareġ it-talent tiegħu.

U kurżità oħra dwar Karl, hawnhekk tistgħu tarawh ukoll f’filmat li jmur lura madwar 4 snin u nofs ilu.

U tajjeb ukoll li nfakkrukom ukoll li Karl huwa wkoll futboller,

Qal ukoll li waqt il-live shows se jkun qed jissorprendi għax se jieħu ftit riskji u se juri lit-telespettaturi l-versatilità tiegħu.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com