Filmat: “Dħalt fil-kompetizzjoni biex insaħħaħ il-kommunità tar-rappers femminili” – Chanelle

Chanelle Fenech ta’ 14-il sena ukoll marret tajjeb bil-wirja tagħha. Tammetti li f’okkażjonijiet oħra pruvat tkanta imma tħoss li r-rapping huwa aktar addattat għall-vuċi tagħha.

B’ilbies li jirrifletti wkoll il-ġeneru li tkanta, Chanelle impressjonat u wkoll se tkun qed tieħu sehem fil-fażi li jmiss tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.