Filmat: Dgħajjes jispiċċaw fuq ir-ramel fix-Xemxija

Posted by Li Slow on Tuesday, September 25, 2018

Numru ta’ dgħajjes spiċċaw fuq ir-ramel fix-Xemxija skont persuna li poġġiet filmati tal-maltemp fuq Facebook.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ mill-Grieg Lvant qawwi. Ir-riħ qed jonfoħ b’forza sitta. L-għaqda Malta Red Cross qalet li minħabba r-riħ diversi stazzjonijiet tal-lifeguards qed juru bandiera ħamra doppja. L-istazzjoni ta’ Fond Għadir f’Tas-Sliema ġarrab il-ħsara u s-servizz ġie sospiż temporanjament. Il-Malta Red Cross appellat lill-pubbliku biex jevita bajjiet f’Tas-Sliema, fil-Mellieħa, fil-Qawra, f’Wied il-Għajn, Birżebbuġa, u f’Buġibba.

SEVERE WEATHER ALERT!25th September, 2018Due to severe weather conditions with gale force winds reaching force 6…

Posted by Malta Red Cross on Tuesday, September 25, 2018

Il-paġna fuq Facebook Maltese Roads Traffic Updates appellat għal sewqan bil-galbu fix-Xemija.

Is-sezzjoni ta’ salvataġġ fil-baħar fi ħdan l-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) wissiet lill-għawwiema kollha dwar kundizzjonijiet perikoluzi minħabba baħar qawwi f’żoni tal-għawm. Qalet li r-riħ qawwi mill-Majjistral se jaffettwa l-bajja ta’ Marsalforn, ir-Ramla il-Ħamra u bajjiet Għawdxin oħra bħal Daħlet Qorrot u San Blas, flimkien mal-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.