Filmat: Destiny tingħata merħba f’Kastilja

Read in English.

“Destiny, inti tagħmilna kburin”, kien il-kliem ta’ awguri mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, responsabbli mill-PBS, hekk kif aktar kmieni wara nofsinhar laqa’ lill-kantanta rebbieħa ta’ X Factor Malta, Destiny Chukunyere. Il-Ministru Abela feraħ lil Destiny għat-talent żviluppat mużikali tagħha, u lill-PBS tal-irwol importanti li kellhom f’kif inħareġ il-prodott ta’ X Factor Malta fuq it-televiżjoni, li jipprovdi lill-kantanti Maltin u Għawdxin l-opportunità li jesebixxu t-talent tagħhom f’ambjent professjonali.

Huwa semma kif għal Destiny minn hawn tibda t-triq għall-parteċipazzjoni tagħha f’isem pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2020. Il-PBS se jkunu qed jaħdmu biex isiru l-preparamenti kollha għall-Eurovision u d-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS, is-Sur Charles Dalli.

Ritratt: Reuben Piscopo / DOI

Il-ministru qal li, quddiemha, Destiny għandha opportunitajiet kbar biex tkompli tiżviluppa t-talent tagħha u tkompli tagħmel isem għaliha, għall-familja tagħha u għal Malta. Żied jgħid li l-politika ta’ dan il-gvern se tibqa’ waħda li tkompli tappoġġa t-talent kbir li għandna f’dan il-pajjiż f’oqsma differenti, inkluż dak mużikali.

Ritratt: Reuben Piscopo / DOI

Destiny kkummentat li tinsab onorata li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision u se tagħmel ħilitha biex tagħmel lill-poplu Malti kburi għax taf kemm dan il-festival huwa għal qalb il-Maltin.

Ritratt: Reuben Piscopo / DOI

F’Kastilja, il-kantanta Maltija, akkumpanjata mill-familja tagħha u s-Sur Charles Dalli mill-PBS, kienu wkoll milqugħa mill-Prim Ministru Robert Abela.

Prime Minister Robert Abela meets Ms Destiny Chukunyere who won the XFactorMalta and will be representing Malta in the Eurovision Song Contest.

Prime Minister Robert Abela meets Ms Destiny Chukunyere who won the XFactorMalta Season 2 and will be representing Malta in the Eurovision Song Contest.

Posted by MaltaGov on Tuesday, February 11, 2020

Il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena hu l-65 edizzjoni li ġġib it-tema ‘Open Up’. Din l-edizzjoni se tkun organizzata fl-Ahoy Arena ta’ Rotterdam, fin-Netherlands.

Ritratt: Facebook/MaltaGov

Malta se tkun qed tieħu sehem fis-semifinali tat-12 ta’ Mejju, u jekk tikklassifika mal-ewwel 10 f’dik is-semifinali, tgħaddi għall-finali li se tkun organizzata fis-16 ta’ Mejju. Ir-riżultat ikun ibbażat fuq il-voti tal-ġurija u t-televoting.