Filmat: Destiny fuq X Factor Global

The X Factor Malta Season 2 WINNER!

AND THE WINNER IS... DESTINY! 🏆 Don't miss her OUTSTANDING Performance of 'And I Am Telling You'

Posted by X Factor Global on Monday, February 10, 2020

Fl-aħħar ħin X Factor Global iddeċieda li jxerred fuq il-paġna tiegħu il-filmat ta’ Destiny Chukunyere tinterpreta l-kanzunetta And I Am Telling You li hija kantant waqt il-live show akkumpanjata mill-Big Bang.

Is-kanzunetta li nafuha minn Jennifer Hudson mill-film Dreamgirls kienet intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku preżenti tant li dakinhar kienu qamu bil-wieqfa u jċapċpula mat-tmiem l-interpretazzjoni tagħha.

Ritratt: Facebook/XFactorGlobal

Issa dan il-filmat spiċċa jdur fuq il-paġna ta’ X Factor Global u bla dubju li se jkun qed jiġbed ħafna attenzjoni fuq il-kantanta Maltija hekk kif jibdew il-preparamenti biex hija tirrappreżenta lil pajjiżna fl-ewwel semifinali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam fin-Netherlands nhar it-Tlieta 12 ta’ Mejju.

Jekk tiġi mal-ewwel 10, Destiny tgħaddi għall-finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju.

Intant, nhar il-Ħadd li ġej, se ssir festa kbira fil-Pjazza ta’ Santa Liena f’Birkirkara biex jiċċelebraw ir-rebħa ta’ din il-kantanta ta’ 17-il sena, f’X Factor Malta.