Filmat: Destiny b’wirja oħra f’X Factor

Għal darb’oħra Destiny llejla dehret quddiem il-ġurija. It-tfajla ma qagħditx lura milli tesprimi l-fatt li qiegħda tħossha eċitata. Ray jirrimarka li dan hu sinjal tajjeb waqt li t-tfajla tidher determinata li turi lill-pubbliku Malti l-versatilità fil-vuċi tagħha.

“Irrid nuri li Destiny mhux dejjem tkanta l-istess kanzunetti. Irrid nuri Destiny min hi, issa li għandi 17-il sena,” ikkummentat it-tfajla li kienet kisbet lil Malta t-tieni rebħa fil-Junior Eurovision Song Contest.

X’dehrilkom mill-prestazzjoni tagħha llum? Ikkummenta hawn taħt.