Filmat: “Desire ġabitli ħafna sodisfazzjon f’ħajti” – Claudette

Mis-sensiela Let’s Chat Frederick Zammit illum jitkellem ma’ Claudette Buttigieg li proprju bħal-lum 20 sena telgħet fuq il-palk tal-Globe Theatre ta’ Stokkolma biex irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Hi titkellem kif bdiet il-kollaborazzjoni ma’ Philip Vella u Gerard James Borg, mhux biss magħha iżda ma’ artisti oħra, fpsthom Ira Losco bil-kanzunetta Seventh Wonder.

X’inhu s-sigriet li wassal biex Desire, minkejja li għaddew 20 sena, baqgħet popolari mal-fans tal-Eurovision? X’kienet ir-reazzjoni ta’ Claudette meta saret taf li fil-kanzunetta Desire kien se jkollha frażi bil-Malti?

Matul din il-konversazzjoni, Claudette titkellem dwar kif il-Eurovision inbidel matul is-snin. Kieku Desire kellha tmur għal Eurovision f’dawn l-aħħar snin, kien se jkollha l-istess impatt?

Claudette ukoll tagħti l-fehma tagħha dwar jekk Destiny għandhiex tmur b’mod awtomatiku għall-Eurovision tas-sena d-dieħla.

Claudette titkellem ukoll kif f’Novembru li għadda kellhom żieda fil-familja. Titkellem ukoll dwar kif is-sitwazzjoni preżenti effettwat lilha u l-familja tagħha.

Segwi l-intervista kollha permezz tal-filmat f’din il-paġna.

Muntaġġ: Sarah Salafia