Filmat: Delia b’laqgħa urġenti mal-President

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għadu kemm temm laqgħa urġenti mal-President George Vella.

Il-laqgħa bdiet fis-1.15pm fil-Palazz ta’ Sant’Anton f’Ħ’Attard. Is-suġġett tal-laqgħa x’aktarx kien it-talba ta’ Delia biex il-President jinvoka l-Kostituzzjoni sabiex jitneħħa l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dan wara li lbieraħ l-Ispettur Keith Arnaud qal fil-qorti li Keith Schembri qed jiġi investigat għal qtil fost affarijiet oħra.

Delia issa għandu jibqa’ sejjer għal laqgħa mal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Filmat: Miguela Xuereb