Filmat: Dehra ġdida għall-Għarusa tal-Mosta

Il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta għadu kemm għadda minn xogħol ta’ riġenerazzjoni b’investiment ta’ ‘l fuq minn nofs miljun ewro.

Skont stqarrija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, fil-ġnien tħawlu aktar minn 2,200 siġra u arbuxelli, sar 4,300 metru kwadru ta’ pavimentar, tranġaw il-faċilitajiet, il-mogħdijiet u l-passaġġ, kif ukoll sar lqugħ għas-sigurtà f’partijiet differenti tal-ġnien bil-għan li jonqos il-periklu għal min jiġi bit-tfal.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-ġnien, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna dan il-post se jerġa’ jkun ta’ żvog għall-komunità Mostija u għan-nies tal-madwar. Qal li jista’ jitqies ukoll bħala estensjoni tal-kampus tal-MCAST fejn iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu l-ħin tal-break. Intant, ħabbar li se jinbeda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Victoria Lines li jinsabu viċin dan il-ġnien.

Intant, il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera sostna li permezz ta’ dan il-proġett, l-ispazju miftuħ, aċċessibbli u sigur jista’ jitgawda minn kulħadd.