Filmat: Debbie Scerri tkanta waqt Jum Malta f’San Francisco

Il-kantanta Debbie Scerri lbieraħ filgħaxija, is-Sibt 14 ta’ Settembru, kienet il-mistiedna speċjali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq id-90 anniversarju tal-Maltese American Social Club flimkien maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Malta li saru f’San Francisco, fl-Istati Uniti.

Debbie Scerri fetħet l-attività billi kantat l-Innu Malti fil-preżenza tal-President  tal-Maltese American Social Club is-Sur Brian Ciappara u l-membri tal-Kumitat.

Debbie kienet l-unika kantanta Maltija f’dan l-avveniment li kien miftuħ għall-Kommunità Maltija li tgħix f’San Francisco u saħansitra attendew ukoll Maltin li jgħixu fil-Kanada.