Għall-familja tal-kantanta Debbie Scerri il-25 ta’ Diċembru ma jfissirx biss il-Milied iżda wkoll ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin iz-zija Rożina Zammit, li twieldet bħal-lum il-25 ta’ Diċembru tal-1919. Dan ifisser li llum qed tiċċelebra għeluq il-101 sena tagħha.
Madanakollu din iċ-ċelebrazzjoni din is-sena hi waħda differenti minħabba li fil-pandemija tal-Covid-19, il-familja ma tistax tiċċelebra dan il-jum speċjali maz-zija Rose, li tiġi z-zija ta’ rispett ta’ Lina Scerri, omm il-kantanta Debbie Scerri.
F’din l-intervista speċjali għal dan il-jum, Debbie Scerri taqsam ma’ Newsbook.com.mt diversi memorji mill-ħajja kkulurita taz-zija Rose. Tiftakar ukoll fil-memorja taz-ziju Ninu, ir-raġel ta’ Rose.
Apparti li titkellem dwar iz-zija Rose, Debbie wkoll twassal l-awgurju tagħha f’għeluq sninha proprju billi tkantalha.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Rożina f’għeluq sninha.
Segwi l-intervista sħiħa f’din il-paġna.
Nota: Ir-ritratti li jidhru fil-filmat li juru l-familja ta’ Debbie Scerri ma’ Rożina huma waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-oħra meta hija għalqet il-100 sena.
Intervista: Frederick Zammit
Muntaġġ: Sarah Salafia