Filmat: Dav. Jr jagħmilha wkoll

Il-wirja stupenda ta’ Dav Jr waqt iċ-Chair Challenge tal-ġimgħa l-oħra waqt il-programm X Factor Malta spiċċat biex issa qed iddur fuq il-mezzi soċjali tal-X Factor. Fil-fatt il-wirja tiegħu qegħda wkoll fuq X Factor Global.

Dav Jr tista’ tgħid li beda jimpressjona sa  mill-ewwel audition tiegħu u l-ġimgħa l-oħra l-prestazzjoni tiegħu ta’ Blackbird tal-grupp The Beatles wasslitu għal standing ovation mill-udjenza u mill-ġurija.

Ritratt: Facebook/Dav.Jr

Huwa b’hekk għadda għall-fażi li jmiss tal-Judges Houses.

Illejla fuq TVM imiss l-aħħar fażi taċ-Chair Challenge hekk kif naraw min se jkunu dawk is-6 mill-kategorija tal-overs li se jgħaddu għall-fażi li jmiss.

The X Factor jixxandar nhar ta’ Ħadd fuq TVM fid-8.50pm.