Filmat: “Darna mfarrka mir-regħba”

Read in English.

Filmat qasir, f’forma ta’ poeżija, jittratta l-qerda ambjentali f’Malta.

F’linja qasira taħt il-filmat, il-vidjografu Pierre Ellul jgħid din hi darna li qed tiġi mfarrka mir-regħba. Huwa jkompli li ‘darna mhix tagħna biex inkissru, wasal iż-żmien li nagħmlu xi ħaġa ħa nsalvaw darna’.

Il-poeżija tispiċċa billi tgħid “dan il-post li aħna nsejħu darna mhux tiegħek biex tfarrak, imma tagħna lkoll biex nieħdu ħsieb u gost fih, din darna”.

Fil-filmat jidħru grupp ta’ tfal jiġru u jgħumu waqt li jgħidu l-poeżija. Malli l-filmat jasal f’nofsu t-tfal jinstemgħu jgħidu li biex napprezzaw spazju miftuħ issa rridu mmorru ‘l bogħod mid-dar u hekk fl-isfond jitilgħu xeni u bini.