Filmat: “Daqt tiġi l-mummy”

Is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba tkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM u se nkunu qed naraw lil Riccardo u Giacinto jmorru jgħidu lil Emilio dak kollu li kien ġara. Kif se jeħodha u għaliex kien tassew urtat?

X’se jgħid Ġiuseppe lil Salvatore dwar id-droga? Emilio jidħol fil-kamra tas-sodda tagħhom. X’se tgħidlu Laura? U Emilio x’se jagħmel? Fejn se jmur u ma’ min jiltaqa’? Xi pjan għandha Erminia?

Bernardette tmur tfittex lil Karla. Xi trid tgħidilha? Elena tkellem lil Karla dwar l-affarijiet li kienu għaddejjin fil-familja. X’se tgħidilha u kif se tirreaġixxi?

Dan huwa dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa li għaddiet:

F’Ġieħ l-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Il-produzzjoni hija ta’ Rewind.