Filmat: Daqshekk kaċċa għal għomru

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=R0FnJrea4O8]

Kaċċatur weħel multa ta’ €5,000 u revoka permanenti tal-liċenzja tal-kaċċa għal għomru.
Il-Qorti ordnat ukoll li jiġi kkonfiskat is-senter wara li nqabad jipprattika kaċċa illegali.
Hu nqabad jispara fuq tajra protetta f'filmat minn BirdLife Malta l-ġimgħa l-oħra, ġurnata qabel l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Membri ta’ BirdLife Malta osservaw lill-kaċċatur jispara fuq tellerita protetta.
Il-kaċċatur deher jispara lejn l-għasfur, u aktar tard ġie ffilmjat jiġbor l-għasfur li qatel fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Ftit wara, l-istess kaċċatur kien iffilmjat ukoll jispara fuq tellerita oħra tal-passa, imma ma laqathiex.
Il-kaċċatur laħaq ħarab minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Fi stqarrija Birdlife Malta qalet li l-filmat ġie mgħoddi lit-taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-Pulizija u għen ukoll biex il-Pulizija jidentifikaw lis-suspettat u jressquh il-Qorti.
Ritratt:Birdlife Malta