Filmat: “Daphne nqatlet biex huma jeħilsu l-ħabs”

Read in English.

Illejla l-attivisti kontra l-korruzzjoni ngħaqdu flimkien quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din il-protesta ssejħet fid-dawl ta’ dak li ġara dalgħodu, fejn is-sid tal-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech ġie arrestat.  

Aqra: Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

Il-ġurnalist u blogger Manuel Delia ddeskriva l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bħala inġustizzja u li ‘inqatlet biex huma jaħarbu l-ħabs’. Delia żied li l-inġustizzja saret fuq Daphne, il-familja tagħha u ċ-ċittadini li għandhom dritt ikunu jafu.

Il-yacht ta’ Yorgen Fenech kien interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu, wara li telaq minn Portomaso għall-ħabta tal-5.30am. Fenech ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu. L-għaqda mhux governattiva Repubblika u Occupy Justice appellaw lin-nies biex jingħaqdu magħhom għall-protesta spontanja quddiem Kastilja fis-6pm. Aktar kmieni l-Oppożizzjoni ħarġet mill-Parlament.

Manuel Delia qal li l-proċess ġudizzjarju se jkun qed jiddetermina jekk xi ħadd huwiex ħati jew le. Huwa spjega li l-Prim Ministru huwa politikament responsabbli mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Enfasizza li Muscat missu keċċa lil Konrad Mizzi u Keith Schembri meta Daphne Caruana Galizia żvelat l-istorja fuqhom. Żied li issa li Muscat tilef il-kontroll qiegħed pulizija.

Delia għamel refereza għal dak li qal aktar kmieni l-Prim Ministru u żied li qed ikun kontradittorju. Delia kien qed jirreferi għall-kliem il-Prim Ministru meta qal li l-istituzzjonijiet qed jiffunzjonaw u ftit wara qal li tahom aktar riżorsi. Delia staqsa x’rid ifisser biha li tahom iktar riżorsi u żied li, ‘jekk se jarrestaw l-assistent tieħek, se jiġu għal aktar riżorsi?’

Aqra: Filmat: Konrad Mizzi ma jiftakarx meta ltaqa’ l-aħħar ma’ sid 17 Black

Aqra: Sid 17 Black jirriżenja minn Tumas Group