FLIMKIEN | DANIEL MICALLEF#FLIMKIEN | Aktar tard illum se nkun qiegħed inwieġeb għas-sejħa tagħkom u nissottometti n-nomina tiegħi għall-kariga ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.Inħares ‘l quddiem biex FLIMKIEN magħkom inġeddu lill-Partit Laburista, insaħħu l-kunċett ta’ moviment u nfasslu l-futur ta’ pajjiżna 🇲🇹.Daniel
Posted by Daniel Micallef on Friday, July 3, 2020
Read in English.
Daniel Micallef ħabbar li se joħroġ għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Din il-kariga hija vakanti wara li rreżenja l-eks Ministru Chris Cardona fil-ġimgħat li għaddew.
F’filmat imxerred fuq Facebook, Micallef qal li ċ-ċavetta għall-futur hija l-kelma “flimkien.”
Bħalissa huwa jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, u din il-kariga ilu jokkupaha mill-2013. Qabel, huwa okkupa l-kariga ta’ President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u kien ukoll kunsillier.
Ma jistgħux jikkontestaw deputati Parlamentari
Ilbieraħ, id-delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista approvaw emenda fl-istatut dwar il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista biex b’hekk għal dan l-irwol ma jkunux jistgħu jikkontestaw deputati Parlamentari.
Il-Kap Kummissarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-PL Dean Hili spjega l-proċess li bih se jimxi l-proċess elettorali intern. Huwa qal li mil-lum se jibdew jintlaqgħu n-nomini u dan jibqa’ għaddej sal-5 ta’ Lulju.
L-elezzjoni għall-ħatriet interni kif ukoll dik ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista se ssir fit-18 ta’ Lulju bejn id-9am u nofsinhar.