Filmat: “Dan it-tieni Milied mingħajrek ma” – Maxine Pace

Il-kantanta magħrufa Maxine Pace ħarġet kanzunetta bl-isem ta’ Thunder għal ommha propju fi żmien il-Milied. Fil-messaġġ tagħha fuq Facebook spjegat kif dan huwa t-tieni Milied li se tkun qed tqatta’ mingħajr ommha.

Il-filmat tal-kanzunetta jibda bil-vuċi ta’ ommha tixtieqilha l-ġurnata t-tajba u tistaqsiha kif inhi. Il-kanzunetta titkellem dwar kif hi issa spiċċat waħedha mingħajr ommha u qed titlobha sabiex ittiha kuraġġ sabiex taffaċċja l-ħajja, speċjalment f’mumenti diffiċli.

Il-kanzunetta tgħid li minkejja li għadha żgħira, u li forsi telfa bħal din ġiet kmieni wisq, temmen li se jirnexxielha tgħeleb din l-isfida u tidra dejjem aktar tgħix mingħajrha. Il-kanzunetta ttemm tgħid li Maxine tinsab ħerqana tistenna ż-żmien meta terġa’ tisma’ leħen ommha u tħaddanha magħha.

Omm Maxine, Sabina Pace, tilfet il-battalja mal-kanċer fl-2017.