Filmat: Dalwaqt it-23 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità

Illum ingħataw id-dettalji tat-23 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha. Dan qalu Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu.

F’intervista ma’ Newsbook.com.mt Fr Micallef semma’ erba’ għanijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza.Dawn jinkludu li l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar; li jara b’għajnejh xi proġetti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jkun jista’ jibqa’ għaddej u jitjiebu u fl-aħħarnett, iżda mhux linqas, hu li jitwassal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza.

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9.00am b’quddiesa minn Mons Arċisqof Charles Scicluna fil-kappella tad-Dar. Matul il-jum kollu fuq il-palk ta’ taħt it-tinda, ikun hemm spettaklu ta’ varjetà u intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar li jibqa’ sejjer sa nofsillejl.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru bit-telefon:

  • Donazzjoni €10 – 516 02 012
  • Donazzjoni €15 – 517 02 013
  • Donazzjoni €25 – 518 02 014
  • SMS Donazzjoni €7 – 506 18 922