Il-kantawtriċi Corazon Mizzi lbieraħ filgħaxija nediet fuq il-midja soċjali l-filmat tal-kanzunetta ġdida tagħha Dal-Milied li hija interpretat flimkien ma’ Martina Galea Loffreda waqt Storjakanta tal-Milied, li xxandar ukoll għall-ewwel darba fuq TVM proprju lbieraġ filgħaxija.
Il-kanzunetta hi waħda b’lirika oriġinali għall-aħħar li tirrifletti fuq is-sitwazzjoni ta’ bħalissa, nifhmu s-skiet bit-toroq mixgħulin u bit-tfal jixxennqu għan-nanniet.
Storjakanta fil-Milied se jkollu repetizzjoni l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru fuq TVM2 fid-9.30pm.