Filmat: Dak li mhux se taraw f’Giżelle

Filmati minn wara 'l kwinti tas-sensiela li xxandret oriġinarjament f'Ottubru 2006.

Mis-Sibt li għadda reġgħet bdiet tixxandar is-sensiela Giżelle li kienet bdiet fuq l-istazzjon One.

Bosta huma dawk li qed jieħdu gost jerġgħu jaraw din is-sensiela waqt li għal oħrajn qed jesperjenzaw l-ewwel darba din is-sensiela li tant kisbet suċċess meta bdiet tixxandar.

Fil-filmat li taraw fil-paġna se taraw fost oħrajn lil Salvu Mallia fl-ewwel xena tad-demo li kien inħadem biex jiġi propost biex jixxandar fuq it-televiżjoni. Salvu kien interpreta l-parti tal-Baruni Luigi De Savoia li mbagħad fis-sensiela kien interpretah Anthony Ellul.

Matul dan il-filmat se taraw xi żbalji tal-atturi iżda wkoll se taraw x’ġara waqt xena fejn Jerome (Mark Mifsud) kien qed jiġri wara Christina (Lara Azzopardi) fuq ir-ramel.

Lara Azzopardi u Mark Mifsud fl-2006 f’Ġiżelle

Is-sensiela Giżelle se tkompli tixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq l-istazzjon One b’żewġ puntati wara xulxin fit-8.30pm.

Il-filmat qed jittella’ bil-permess ġentili ta’ Evelyn Saliba La Rosa, Rachel Cachia, Abigail Mallia u Carlos Debattista.