Filmat: “Dak li jkun jinqeda u jarmi mal-art” – Angela

Il-preżentatriċi u attriċi Angela Coleiro tingħaqad ma’ bosta personalitajiet li qed iwasslu l-messaġġ tagħhom permezz ta’ newsbook.com.mt.

Hija hawnhekk titkellem fuq l-ingwanti u l-maskli li ħafna qed jużaw biex jipproteġu lilhom infushom meta joħorġu, iżda malli jinqdew qed jispiċċaw jawmuhom mal-art fit-triq.

Angela, li sa qabel din il-pandemija konna qed narawha darba fil-ġimgħa waqt il-programm Family Affair fuq l-istazzjon Net twassal ukoll messaġġ pożittiv li se jasal żmien aħjar.

Segwi l-messaġġ kollu ta’ Angela Coleiro permezz tal-filmat.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn