Filmat: “Dak il-ħin ħassejtni kburi bija nnifsi” – Kyle

Għal Kyle din is-sena kienet it-tieni esperjenza tiegħu f’X Factor.  Jammetti li ħassu eċċitat malli daħal fil-kamra. Jammetti li meta waqqfuh milli jkanta waqt l-audition ħaseb li se jispiċċa barra mill-kompetizzjoni.

Meta kien fil-fażi tal-Wall of Songs hu kellu l-kanzunetta Angels ma’ Jake u Paul. Qal li dik il-verżjoni li nterpretaw kienet waħda għal qalbu ħafna. Semma’ wkoll kumment li Howard qallu qabel ma telgħu fuq il-palk meta qallu li mis-sena l-oħra hu kien inbidel totalment. Kyle ammetta li dak il-ħin ħassu kburi bih innifsu.

Tiftakruha l-ewwel audition ta’ Kyle fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor?

Waqt iċ-Chair Challenge ta’ din it-tieni edizzjoni, is-siġġijiet kienu mimlija meta kien imissu hu. Kien determinat li jagħti l-aħjar tiegħu u b’xi mod jieħu siġġu.

“Hija xi ħaġa sabiħa li tiġi apprezzat għat-talent,” ikkumment hu hekk kif kien qed jirreferi għall-kummenti sbieħ li ngħata mill-membri tal-ġurija wara l-wirja tiegħu.

Fil-Judges Houses ħalla wkoll impressjoni tajba, kif jindika tajjeb dan il-filmat:

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com