Filmat: “Daħlulna rapporti ta’ grupp vandali” – is-Sindku tas-Sliema

Daħlu rapporti dwar grupp ta’ vandali f’Tas-Sliema skont is-Sindku tal-lokalità Anthony Chircop.

Ma’ Newsbook.com.mt Anthony Chircop qal li matul il-lejl li għadda saret ħsara fuq ġebla antika f’Tas-Sliema. Din il-ġebla hija waħda mill-markers madwar il-gżira li kienu juru d-distanzi. Chircop qal li sar rapport mal-Pulizija dwar l-inċident. Spjega li ġieli jkun hemm każijiet ta’ vandaliżmu f’Tas-Sliema, però qal li dawn is-soltu ma jkunux gravi daqs dan il-każ.

Facebook – Tas-Sliema Local Council

Chircop spjega li daħlu rapporti li l-graffiti sar minn grupp ta’ persuni barranin li jduru minn post għall-ieħor iwettqu l-vandaliżmu. Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kkundanna dan l-att ta’ vandaliżmu u appella biex dawk kollha li għandhom informazzjoni dwar il-każ jitkellmu mal-Pulizija.

Każijiet simili

Nadya German

Mara li toqgħod Tas-Sliema qalet ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm ukoll każijiet simili ta’ vandaliżmu li seħħew fi Triq Nathalie Poutiatin Tabone. Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li s’issa ma daħlux rapporti dwar każijiet simili f’Tas-Sliema.

Filmat: Michael Valenzia