Filmat: Conor McGregor jinqabad isawwat anzjan

Il-boxer professjonali Irlandiż Conor McGregor inqabad minn filmati tas-sigurtà jagħti daqqa ta’ ponn lil raġel anzjan waqt li kien f’bar f’Dublin.

L-inċident, li seħħ f’April ta’ din is-sena, seħħ f’bar f’Dublin fejn l-eks ġellied tal-MMA kien qed jixrob ma’ sħabu. Il-filmat, li ġie żvelat ilbieraħ, juri kif McGregor mar biex jordna xi xorb għalih u għal sħabu meta dawn marru jixorbu matul il-jum. Wieħed mill-irġiel, kien anzjan, u deher li ma riedx jersaq waqt li kien qed jixrob biex McGregor ikun jista’ jordna d-drinks. Kawża ta’ hekk jidher li McGregor irrita ruħu.

Il-filmat juri kif McGregor kompla ma’ tlieta minn sħabu u xorbu, iżda ftit tal-ħin wara huwa jidher idur lura lejn l-anzjan li kien hemm mal-bar u jaħsdu billi jagħtih daqqa ta’ ponn. Madanakollu l-anzjan ma ntilifx minn sensih filwaqt li McGregor inħareġ immedjatament minn sħabu mill-bar.

Kelliem għall-Pulizija Irlandiża kkonferma li l-Pulizija qed tinvestiga rapport ta’ attakk vjolenti f’dak il-bar partikolari.