Filmat: Colette Sultana tirbaħ il-finali tal-isquash fl-Awstralja

Il-plejer Maltija tal-isquash, Colette Sultana ħadet il-midalja tad-deheb fil-Logħob ta’ Arafura tal-2019 f’Darwin, l-Awstralja. Sultana kienet l-unika rappreżentanta Maltija f’din il-kompetizzjoni li laqgħet b’kollox 1500 atleta minn 40 pajjiż f’17-il sport differenti.

Sultana issieltet logħba logħba sakemm ġiet għall-finali kontra l-plejer mill-Malasja Chloe Chieng. Issa Sultana għandha xi kompetizzjonijiet professjonali oħra li se tkun qed tikkompeti fihom fil-futur qarib. Hija qed taħdem ukoll biex tikkompeti fil-World Doubles Open li se ssir f’Ġunju ġewwa Gold Coast l-Awstralja.