Filmat: Claudia minn Londra għall-Iżrael

Claudia Faniello għadha kemm waslet l-Iżrael fejn se tkanta l-kanzunetta Breathlessly waqt l-attivita magħrufa bħala Israel Calling.
Din hija attivita li għat-tieni sena qed tiġi organizzata fil-belt ta’ Tel Aviv.
Fl-attivita se jiltaqgħu 25 artist u artista li se jikkompetu fil-Eurovision Song Contest ta’ Kiev.
L-attivita hija organizzata minn bosta ministeri tal-pajjiż.
Apparti li jkantaw, il-kantanti jkollhom ċans isiru jafu lil xulxin waqt ħarġiet organizzati apposta għalihom li joħduhom sa Tel Aviv, Jerusalem u Herzliya.
Qabel il-kunċert li jsir għada fil-għaxija, issir ukoll attivita ta’ tħawwil tas-siġar li ssir mill-parteċipanti li qed jattendu din is-sena.
Newsbook.com.mt jibqa’ jaġġornak bl-aħħar żviluppi dwar il-Eurovision 2017.