Filmat: Claudia Faniello b’messaġġ qawwi u emozzjonanti

Read in English.

Il-kantanta stabbilita Claudia Faniello rritornat b’kanzunetta ġdida mimlija emozzjoni għad-dilettanti tax-xena mużikali.

Il-kanzunetta, miktuba mill-istess Faniello, li ġġib l-isem Say għandha messaġġ qawwi u emozzjonanti dwar id-djalogu bejnietna.

Wara perjodu daqsxejn kwiet fil-karriera mużikali tagħha, li użat biex tirrifletti fuq il-ħoss u l-ispirtu tal-mużika li trid tipproduċi, Say hija t-tieni kanzunetta li Claudia Faniello ħarġet f’inqas minn sena. Dan wara li fl-2019 hija nediet il-kanzunetta Fallin li kellha suċċess anke barra minn xtutna.

Mhux hekk biss imma matul l-eqqel tal-imxija tal-pandemija, Faniello dehret f’għadd ta’ kunċerti u produzzjonijiet diġitali kemm b’siltiet oriġinali u b’interpretazzjonijiet mill-aqwa ta’ siltiet magħrufin internazzjonalment.

Għal min tħasseb li s-sena 2020 ma ġabet xejn pożittiv magħha, lanqas laħaq beda s-sajf li m’għandniex silta emozzjonali oħra minn waħda mill-aqwa vuċijiet fil-gżejjer tagħna.