Filmat: Ċitazzjoni speċjali f’Jum San Valentinu

Bosta persuni li pparkjaw f’Tas-Sliema lbieraħ f’Jum San Valentinu ħadu qatgħa meta lemħu biċċa karta mal-windscreen tal-karozza u uffiċjali ta’ Transport Malta fil-viċinanzi.

L-uffiċjali bdew iduru l-karozzi pparkjati qrib il-ferry f’Tas-Sliema lbieraħ u jħallu karta mal-windscreen, iżda din ma kinitx ċitazzjoni kwalunkwe. Kien biss messaġġ ta’ twissija mingħand Transport Malta biex in-nies ma jużawx il-mowbajl huma u jsuqu.

In-nies imbagħad ħadu r-ruħ meta ntebħu li din kienet biss twissija.