Filmat: Christine kienet protettriċi tan-nies – Fr Curmi

Il-mewta traġika ta’ Christine Gauci ħalliet dieqa fost l-Għawdxin b’mod partikolari l-kommunità ta’ San Ġorg fir-Rabat.

L-Arċipriet ta’ San Ġorg Fr Joseph Curmi tella’ filmat bil-priedka ta’ quddies għat-tfal li saret bl-assistenza ta’ Gauci.

Fr Curmi qal li minkejja li kienet suldat, ix-xogħol ta’ Christine ma kienx li tagħmel il-gwerra iżda li ssalva n-nies, li tipproteġi lil dawk li jsibu ruħhom f’diffikultà fil-baħar. Ironikament kien l-istess baħar li ħasad il-ħajja ta’ Gauci.

Dalgħodu f’Bormla, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jinsab qrib omm Christine u l-familja tagħha f’din it-traġedja. Mary Gauci, omm Christine kienet kandidata tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej.