Filmat: Chiara tkanta fil-Ġermanja

Wara li f’Mejju kantat fil-Euro Club f’Tel Aviv fl-Iżrael, kien tħabbar li l-vjaġġ li jmiss għal Chiara kien f’Hannover fil-Ġermanja fejn kienet se tieħu sehem fil-UNESCON, l-ewwel konvenzjoni tal-Eurovision Song Contest.

AQRA: Filmat: Ara lil Chiara tkanta f’Tel Aviv

Dan seħħ proprju fi tmiem il-ġimgħa li għadda fejn Chiara flimkien ma’ artisti oħra mix-xena tal-Eurovision Song Contest taw wirjiet tagħhom quddiem l-udjenzi preżenti, u li hawnhekk tistgħu wkoll  issegwi, grazzi għall-filmati ta’ Olivier Vanhoutte.

Fl-istorja tal-Eurovision Son Contest, Chiara ħadet sehem tlett darbiet, bl-ewwel parteċipazzjoni tagħha tmur lura għall-1998 bil-kanzunetta The One That I Love fejn klassifikat fit-tielet post.

Fl-2005 kienet marret bil-kanzunetta Angel li biha Chiara ġiet fit-tieni post. Ma setax jonqos li bħala kantanta li marret għall-Eurovision tlett darbiet, Chiara tkanta it-tlett kanzunetti tagħha.

Fl-2009 Chiara marret mill-ġdid fil-Eurovision Song Contest, din id-darba bil-kanzunetta What If We. B’hekk Chiara saret l-aktar waħda li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision kif ukoll hi waħda mill-artisti li għandhom segwaċi kbar minn madwar il-pajjiżi li jsegwu mill-qrib il-Eurovision Song Contest.

Matul din l-istess serata, Chiara interpretat ukoll silta favorita mas-segwaċi tal-Eurovision, Euphoria ta’ Loreen.

Minbarra Chiara, f’din l-ewwel konvenżjoni tal-Eurovision, ħadu sehem ukoll Corinna May (Ġermanja), Elina Nechayeva (Estonia), Chingiz (Ażerbajġan) u Sebnem Paker (Turkija).