Filmat: Cherton lura fix-xena mużikali; Tniedi vidjo mużikali ġdid f’għeluq sninha

Ritratt: Facebook

Cherton Caruana li konna rajniha fl-edizzjoni tal-2017 tal-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta “Fighting To Survive”, għadha kif nehdiet vidjo mużikali ġdid li permezz tiegħu qed tagħmel ir-ritorn tagħha fix-xena mużikali.

“I’m Back” hu l-isem tal-kanzunetta li hi ħarġet proprju fil-jum li qed tiċċelebra għeluq sninha.

Fi kliemha stess, Cherton tiddedika din il-kanzunetta ġdida lil dawk kollha li jsibuha diffiċċli biex iwettqu l-ħolm u l-passjoni tagħha. Qalet ukoll li qatt mhu tard li wieħed jerġa’ jibda mill-bidu, kif ukoll biex wieħed qatt ma jinsa’ min tassew hu.

Cherton, li twieldet nhar is-7 ta’ Ġunju 1987, ilha fix-xena mużikali minn età żgħira. Ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet u festivals fejn kisbet bosta riżultati tajbin.
Kienet ukoll ħadet sehem fil-kompetizzjoni televiżiva Bravi u ftit tas-snin wara fil-programm L-Isfida.