Filmat: Celine eliminata minn X Factor

Wara s-sing off bejn Bloodline u Celine Agius, it-tieni eliminata fit-tielet live show ta’ X Factor Malta hija l-kantanta Celine Agius.

Qabilha ġie eliminat Karl Schembri li kellu l-inqas ammont ta’ voti f’din il-kompetizzjoni.

“Grazzi ta’ din l-esperjenza” ikkummentat it-tfajla li llejla ħadet sehem bil-kanzunetta Wonderful World. It-tema tal-programm kienet Movie Spectacular.

Tista’ ssegwi l-andament tat-tielet live show hawnhekk

Ir-raba’ live show ta’ X Factor Malta se jsir il-Ħadd 2 ta’ Frar fl-MFCC f’Ta’ Qali b’xandira diretta fuq TVM.