Filmat: Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

Read in English.

Il-Knisja Kattolika se tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil-5:00pm b’mixja ta’ fidi minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn titkanta t-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, l-Arċisqof mistenni jagħmel ir-riflessjoni tiegħu u wara jagħti l-Barka Sagramentali.

Filmat: Kurja – knisja.mt/filmati