Filmat: Catherine tfittex l-ispirazzjoni minn missierha

Fattigi jkompli llejla fuq l-istazzjon Net fil-ħin tad-8.45pm.

Issa li ftakar kollox, Stefan imur għand is-Surġent Axisa biex jgħidlu x’ġara eżatt u min tah id-daqqa ta’ sikkina.

Mandy u Mark jiddiskutu l-futur tad-dinja, bi preparazzjoni għat-tarbija tagħhom fil-futur qarib.

Catherine tfittex l-ispirazzjoni minn missierha, biex tkampa fuq il-post tax-xogħol. Francis tinkwieta meta tara li Catherine għadha ma’ waslitx id-dar.

Fattigi għandu kitba ta’ Bryan Muscat bi produzzjoni ta’ Watermelon Media.

Ara x’ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra: