Filmat: Carmen tinfaqa’ tikkritika lil Emma

Carmen, it-tfajla li qed titlaqqam bħala r-rivali ta’ Emma Muscat infaqgħet tirrabja waqt il-programm Amici filwaqt li sfidat lil Emma biex tikritikaha fil-pubbliku.
Fil-filmat, Carmen tidher irrabjata u tgħid li minkejja li Emma hija tfajla brava u sabiħa għandha d-difetti tagħha.
Kompliet billi sfidat lil Emma biex jekk trid tikritikaha tagħmel dan quddiem il-cameras u mhux fil-moħbi ma’ sħabha.
Min-naħa tagħha Emma wieġbet għall-kritika ta' Carmen fejn spjegat li filwaqt li tifhem li kulħadd jixtieq jirbaħ, ma kinitx qed tistenna reazzjoni tat-tip mingħand Carmen.
Fuq paġna mwaqqfa apposta għas-serale ta’ Amici, il-pubbliku qed jintalab jivvota billi jikkummenta jekk jippreferi lil Emma, jew jagħmel like tar-ritratt jekk jippreferi lil Carmen.
S’issa jidher li Emma għandha vantaġġ.