Filmat: Ċans ta’ aktar nirien f’Tal-Virtù

Wara li nhar l-Ebrgħa li għadda l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jitfu nirien qawwija fl-għelieqi f'Tal-Virtù, jidher li hemm il-possibilita li jerġa' jkun hemm nirien fl-istess post.

Dan hekk kif skont il-Protezzjoni Ċivili l-art tal-għelieqi għadha taħraq u jista' jkun hemm xi ġmamar li għadhom qed jaqbdu.

Anke t-temperaturi sħan ta' matul il-ġurnata ma jgħinu xejn. Illum waranofsinhar, Newsbook.com.mt żar din iż-żona u nnota li kien hemm xi zkuk li kienu qed jaqbdu. Kull min imur jimxi jew jgħaddi mill-akwati għadu jista' ixomm ir-riħa qawwija ta' ħruq. 

In-nirien kienu ħakmu l-għelieqi li hemm eżattament taħt is-Seminarju tal-Arċisqof ir-Rabat u ħadd ma kien weġġa'.  

Minkejja li n-nirien kienu qawwija, ma sar l-ebda dannu lid-djar tal-madwar.