Filmat: Ċans għal inqas uġigħ ta’ ras ta’ traffiku għall-Qriema u l-Luqin

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=OiWQ9vaVDmE]

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg ħabbar xogħlijiet li se jsiru fl-inħawi ta’ bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa li għandhom iwasslu għal inqas dewmien fl-ivvjaġġar u riskju tal-inċidenti.
Fi stqarrija, Borg qal li f’dan il-proġett ir-roundabout biswit San Vinċenz de Paul se tiġi mibnija bi tfassil li sar ħafna aħjar minn qabel.
Skont il-Ministru, se jiżdiedu l-approach lanes li jwasslu għall-istess roundabout, filwaqt li se jinbnew żewġ bypass lanes ġodda.
Żied jgħid li se jitwessgħu t-toroq ewlenin li minn din ir-roundabout iwasslu għar-roundabout ta’ ħdejn l-ajruport. Huwa qal li s-siġar kollha li qegħdin jinqalgħu minħabba x-xogħol se jerġgħu jiġu mħawwla. Fejn hu possibbli, ix-xogħol qiegħed isir matul il-lejl.