Filmat: Ċans biex iż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom

Programm ġdid li se jkun qed jagħti vuċi liż-żgħażagħ

Distintivi minn Ottubru fuq One.

Jekk għandek bejn 18 u 35 sena din tgħodd għalik!Għamel kuntatt magħna fuq 9948 8157 jew ibatilna imejl fuq distintivi@one.com.mt.Kevin Mercieca - Preżentatur u Produttur ta' Distintivi.

Posted by Distintivi on Monday, August 3, 2020

Għandek bejn it-18 u l-35 sena u tixtieq tkun parti minn panel ta’ programm fejn tista’ ssemma’ leħnek u tesprimi l=opinjoni tiegħek fuq bosta suġġetti differenti? Issa huwa ċans li atgħmel dan permezz tal-programm televiżiv ġdid Distintivi li se jkun qed jitwassal fuq l-istazzjon One kull nhar ta’ Erbgħa mit-30 ta’ Settembru.

Distintivi se jkun programm ta’ diskussjoni dedikat kollu kemm hu għaż-żgħażagħ, partikolarment, dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn it-18 u l-35 sena. Matul il-programm se jitrattaw diversi suġġetti topiċi u kontroversjali, primarjament, suġġetti soċjali.

Apparti minn hekk Distintivi se jservi sabiex jesponi t-talent żagħżugħ permezz ta’ diversi artisti residenti li se jkunu mistiedna waqt il-programm li jinkludu l-vjolinista Maria Cini u l-pjanista John Cutajar.

F’kull programm il-panel se jkun qed jikkonsisti prinċipalment minn żgħażagħ iżda se jkun hemm ukoll youth workers u esperti oħra skond is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.

Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic)

Distintivi se jkun qed iservi ta’ pjattaforma sabiex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin iwasslu l-
vuċi tagħhom fuq temi varji li jolqtu l-ħajja tagħhom. Kevin Merceca, il-preżentatur u l-produttur tal-programm se jkun mgħejjun mill-assistent produttur Kurt Pawley, u Yanika Rapinett li tifforma parti mit-tim tal-produzzjoni.

Jekk interessat li ssemma’ leħnek agħmel kuntatt matt-tim tal-produzzjoni fuq 9948 8157 jew
ibagħat imejl fuq distintivi@one.com.mt. Tista’ wkoll tidħol fuq il-paġna uffiċjali tal-programm permezz ta’ dan il-link.

Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic)

Mit-30 ta’ Settembru tista’ ssegwi Distintivi bejn l-10.30pm u l-11.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd bejn l-10.30pm u l-11.30pm.