Filmat: “Ċajtier, darba f’ġimgħa mmorru nsajru għandu” – in-neputi tal-Isqof Elett

“Ċajtier u ġeneruż.” Hekk iddeskriva lill-Isqof Elett Joseph Galea-Curmi, in-neputi tiegħu Ġanni, f’kummenti ma’ Newsbook.com.mt.

Iż-żagħżugħ qal li minn dejjem ammira lill-isqfijiet, imma qatt ma basar li zijuh għad ikun wieħed minnhom.

Ġanni spjega kif iz-ziju tiegħu, Mons. Galea-Curmi, dejjem ikun lest biex jgħin lin-neputijiet tiegħu f’xi problema, u kull meta jżuruh, ta’ kull ġimgħa, daqqa biex isajru u daqqa biex jitkellmu, dejjem iġibilhom tbissima fuq fommhom.

Minkejja li issa li żdidulu r-responsabbiltajiet, in-neputijiet se jarawh inqas minn qabel, Ġanni qal kemm hu kburi u kuntent b’zijuh, u li ċert li xorta se jibqa’ jsib ħin għall-familja.