Filmat: “Bżonn ta’ aktar tfajliet jaħdmu fl-IT” – Miriam Dalli

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli stqarret li hemm bżonn li aktar tfajliet jiġu mħeġġa sabiex jimirħu fl-industrija tal-IT. Dan qalitu waqt diskussjonijiet mal-Fondazzjoni Acronis sabiex tfassal programm ta’ taħriġ fl-IT u Artificial Intelligences speċjalment għall-bniet.

Dr Dalli spjegat kif fl-aħħar snin is-sittur tat-teknoloġija kiber f’Malta u mistenni jkompli jikber bit-tfassil ta’ qafas legali għas-settur tal-blockchain. Għaldaqstant sostniet li huma ftit it-tfajliet u n-nisa li jħarsu lejn is-settur tat-teknoloġija bħala qasam li fih jistgħu jibnu l-karriera tagħhom.

Fi stqarrija ġie spjegat li statistika riċenti maħruġa mill-Università ta’ Malta turi kif għas-sena akkademika tal-2017 u l-2018, minn 378 student fil-Fakultà tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija, 70 biss minnhom huma tfajliet.