Filmat: “Bżonn spezzjonijiet biex ma jeħlux tal-karozzini kollha”

It-tradizzjonijiet ngħożżuhom mhux narmuhom, iżda mhux a skapitu tad-dritt tal-annimal. Żort operatur tal-karozzini u missejt b'idejja l-imħabba u l-kura li jgħati liż-żwiemel tiegħu. Neħtieġu regoli u spezzjonijiet regolari biex jiġu kkoreġuti dawk il-ftit li magħhom jeħlu l-karozzini kollha.

Posted by Peter Agius on Saturday, August 11, 2018

Peter Agius, li jikteb id-diskorsi ta’ Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew, qal li hemm bżonn spezzjonijiet regolari biex jiġu kkoreġuti dawk il-ftit li magħhom jeħlu l-karozzini kollha.

Agius qal dan fuq Facebook illum, il-ġurnata li fiha saret protesta kontra l-karozzini taż-żwiemel li joperaw fit-toroq Maltin u Għawdxin. Huwa qal li t-tradizzjonijiet għandhom jiġu rispettati imma mhux a skapitu tad-dritt tal-annimali. Qal li żar operatur tal-karozzini u mess b’idejh “l-imħabba u l-kura li jagħti liż-żwiemel tiegħu.”

Fuq Facebook kien hemm ukoll min qal li jekk jieqfu jaħdmu tal-karozzini jkun hemm aktar żwiemel għall-qatla.

For all those that think karrozzini horses spend all their lives slaving away in the sun, this is what they spend the…

Posted by RMJ's Horse Rescue on Friday, August 10, 2018

Kelliem għal Animal Liberation Malta qal li mhux minnu li jekk jitneħħew il-karozzini ż-żwiemel se jispiċċaw il-biċċerija. Qal li dawn se jispiċċaw għand nies li veru jkunu jridu jieħdu ħsiebhom.