Filmat: “Bżonn liġijiet ġodda favur persuni b’diżabilità”

Filmat: Miguela Xuereb

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li hemm bżonn liġijiet ġodda li jagħtu d-drittijiet bażiċi lill-persuni b’diżabilità u lill-entitajiet li jirrapreżentawhom.

Scicluna kien qed jiġi mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar spunti li jistgħu jwasslu sabiex persuni li għandhom xi diżabilità jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Aqra: Filmat: “Iktar ilmenti għax min iħaddem ma jifhimx il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità”

Scicluna qal li minkejja l-avvanzi tul is-snin, bħal li ġiet stabbilita l-Kummissjoni 30 sena ilu u l-ftuħ ta’ Aġenzija Appoġġ, għad fadal ħafna xi jsir biex jinbidlu l-kultura u l-mentalità tal-popli. Qal li jemmen li s-settur tal-persuni b’diżabilità jista’ jiġi mmaniġġjat ħafna aħjar. Qal ukoll li s-settur jistħoqqlu politika u strateġija aħjar.

Spjega li hemm liġijiet preżenti li jridu jiġu emendati, kif ukoll liġijiet ġodda li hemm bżonn jiġu stabbiliti. Qal li huwa importanti li jkun hemm sinerġija bejn l-Aġenzija Sapport, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jiġu ggwidati aħjar meta jkollhom tfal b’xi diżabilità.

Aqra: Filmat: Ninsew il-perikli meta bankina tkun ingumbrata – Scicluna