Filmat: “B’telefonata tista’ ttella’ persuna l-Ġenna” – The Travellers

The Travellers – Xemx u Xita

It's already been almost 3 months since this pandemic reached our island! Since then, health care workers have been working around the clock to ensure that we limit the spread of the virus as much as possible. For this, we are forever grateful. Grazzi iljuni 🦁❤️We came together with a number of artists to dedicate this small project to all healthcare workers, frontliners and anyone who might be going through domestic abuse or feeling lonely. You are not alone.Helplines below ⬇️ Mental Help - 1770 Feeling Lonely - 1772 Victim Support - 179#thetravellersmalta

Posted by The Travellers on Thursday, May 14, 2020

Read in English.

The Travellers ingħaqdu ma’ numru ta’ artisti biex jiddedikaw verżjoni ġdida tal-kanzunetta tagħhom Xemx u Xita lill-“ħaddiema kollha tal-kura tas-saħħa, frontliners u kull min jista’ jkun għaddej minn abbuż domestiku jew iħossu waħdu”.

Fil-filmat ta’ qabel il-kanzuentta hemm ukoll appell biex naħsbu f’ħaddieħor peress li dik it-telefonata tista’ tfisser il-Ġenna għall-persuna l-oħra.

Fuq il-midja soċjali, The Travelers kitbu li “Għaddew kważi tliet xhur minn meta din il-pandemija waslet fil-gżira tagħna! Minn dakinhar, ħaddiema tal-kura tas-saħħa ilhom jaħdmu l-ħin kollu biex niżguraw li nillimitaw it-tixrid tal-virus kemm jista’ jkun. Għal dan, aħna dejjem grati. Grazzi iljuni. M’intomx weħidkom”.

Il-kanzunetta kienet awdjo mħallat minn Luke Grech ta’ Cornerhouse Studios u l-vidjow kien editjat minn Jean-Luc Camilleri.

Linji ta’ għajnuna:

Għajnuna Mentali – 1770;

Jekk qed tħossok Solitarju – 1772;

Appoġġ għall-Vittmi – 179