Filmat: B’sorpriża jiċċelebraw għeluq is-60 sena anniversarju ta’ żwieġ

Read in English.

Meta Nazzareno (Zaren) u Pauline Bonello mir-Rabat nhar il-Ġimgħa li għadda fetħu l-bieb ta’ barra kien mingħalihom li se jkunu qed isibu biss lil ħamest uliedhom u t-tfal tagħhom biex jifirħulhom f’okkażjoni tas-60 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

Iżda minflok sabu żewġ mużiċisti kif wkoll xi tiżjien u lil Fr Martin Coleiro OFM li fuq talba tal-familjari tal-koppja kien preżenti għal din iċ-ċerimonja fejn matulha l-koppja reġgħu ġeddew il-wegħdiet tagħhom ta’ mħabba ta’ 60 sena qabel. Dan apparti li għalkemm bi ftit distanza, Fr Martin berikhom ukoll.

Sorpriża ħelwa mill-qraba tal-koppja fejn f’mument bħal dawn ingħaqdu biex jiċċelebraw anniversarju tant importanti għal din il-koppja li grazzi għall-inizjattiva tal-familjari tagħhom nisslu sens ta’ pożittività proprju fi żmien meta l-anzjani qed ikollhom jibqgħu f’darhom.

Awguri lil Nazzareno u Pauline għal aktar snin ta’ mħabba u ferħ flimkien.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn